Skip to content


Vaganzi Pubbliċi

Kun af liema huma l-vaganzi pubbliċi fir-reġjun Metropolitan tal-Istat ta’ Victoria għall-2020 u 2021

F’din il-paġna

  • Il-Vaganzi Pubbliċi fl-Istat ta’ Victoria għall-2020 u 2021

Lista tal-vaganzi pubbliċi għall-2020 u 2021

Vaganza20202021
L-Ewwel Ġurnata tas-Sena l-Erbgħa, 1 ta’ Jannar Il-Ġimgħa, 1 ta’ Jannar
Jum l-Awstralja /Australia DayIt-Tnejn, 27 ta’ Jannar
(Is-26 ta’ Jannar jaħbat Il-Ħadd, mela l-vaganza pubblika tkun it-Tnejn)
It-Tlieta, 26 ta’ Jannar
Labour DayIt-Tnejn, 9 ta’ Marzu It-Tnejn, 8 ta’ Marzu
Il-Gimgħa l-Kbira*Il-Ġimgħa, 10 ta’ April Il-Ġimgħa. 2 ta’ April
Is-Sibt qabel Ħadd il-GħidIs-Sibt, 11 ta’ April Is-Sibt, 3 ta’ April
Ħadd il-Għid Il-Ħadd, 12 ta’ April Il-Ħadd, 4 ta’ April
It-Tnejn l-Għada tal-GħidIt-Tnejn, 13 ta’ April It-Tnejn, 5 ta’ April
Il-Ġurnata tal-ANZAC*

Is-Sibt, 25 ta’ April¹

Il-Ħadd, 25 ta’ April¹
Għeluq Snin ir-ReġinaIt-Tnejn, 8 ta’ Ġunju It-Tnejn, 14 ta’ Ġunju
Il-Ġimgħa qabel il-Gran Finali
tal-Lig tal-Futbol Awstraljan (AFL)
Il-Ġimgħa, 23 ta’ Ottubru Skont l-iskeda tal-AFL†
Il-Ġurnata tal-Melbourne CupIt-Tlieta, 3 ta’ Novembru It-Tlieta, 2 ta’ Novembru
Jum il-Milied*Il-Ġimgħa, 25 ta’ Diċembru Is-Sibt, 25 ta’ Diċembru
l-Għada tal-MiliedIs-Sibt, 26 ta’ Diċembru
It-Tnejn, 28 ta’ Diċembru²
Il-Ħadd, 26 ta’ Diċembru
It-Tnejn, 27 ta’ Diċembru²

¹ Anzac Day (Jum l-Anzac) jiġi ċċelebrat fil-jum tiegħu stess.  Ma hemmx vaganza pubblika oħra minfloku meta Jum l-Anzac jaqgħa fit-tmiem il-ġimgħa.

² Minħabba li Boxing Day taqgħa fit-tmiem il-ġimgħa, din hija vaganzi pubblika addizzjonali.

† Il-Ġimgħa qabel il-vaganza pubblika tal-AFL Grand Final normalment taqgħa fl-aħħar Gimgħa f’Settembru.  Din il-websajt tiġi aġġornata bid-data eżatta meta tiġi maħruġa l-iskeda tal-2021 AFL.

Nota: Id-dati tal-vaganzi pubbliċi kollha huma korretti skont iż-żmien ta’ pubblikazzjoni, iżda huma suġġetti għal bdil.

Melbourne Cup Day hija vaganza pubblika madwar l-iStat ta’ Victoria kollu dment li ma tkunx ġiet irranġata vaganza lokali minn kunsill ‘non-metro’

* Ġranet ta’ kummerċ ristrett

Il-liġi ta’ Victoria tispeċifika li hemm żewġ ġranet u nofs ta’ kummerċ ristrett kull sena:

  • Il-Ġimgħa l-Kbira
  • Jum il-Milied
  • Bejn 12.01 am u 1pm f’Jum l-ANZAC.

F’dawn il-ġranet partikulari, il-ħwienet eżentati biss jistgħu jiftħu.

X’inhuma l-ħwienet eżentati?

Ħwienet eżentati huma negozji li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

  • għandhom 20 jew inqas persuna jaħdmu fil-ħanut f’kwalunkwe ħin matul il-ġurnata tan-negozju ristrett; u
  • in-numru ta’ persuni impjegati minn negozju u entitajiet relattati hu ta’ mhux inqas minn 100 f’kwalunkwe ħin matul is-sebat ijiem immedjatament qabel il-ġurnata tan-negozju ristrett.

Eżenzjonijiet għal ġranet tan-negozju ristrett

Ċertu tipi ta’ negozji huma eżentati minn kwalunkwe ġranet ta’ negozju ristretti. Jistgħu jiftħu kull meta jridu matul is-sena.  It-tipi ta’ negozji li huma eżentati:

  • Spiżeriji
  • negozji li jbigħu l-petrol
  • restoranti
  • ħwienet tal-kafe
  • ħwienet tat-takeaway
  • provvedituri ta’servizzi
  • negozji li jikru (inklużi ħwienet tal-vidjo).

Kummerċ tard bil-lejl u l-provvista ta’ xorb alkoħoliku fi ġranet ta’ negożju ristretti

In-negozji bħal ristoranti, kafetteriji, bars, klabbs u ħwienet tal-fliexken, jista' jkollhom restrizzjonijiet addizzjonali fis-seħħ rigward il-provvista tal-alkoħol fil-jiem ristretti tal-kummerċ. Jekk jogħġbok iċċekkja mal-Kummissjoni ta' Victoria għar-Regolament tal-Logħob tal-Azzard u x-Xorbgħal aktar informazzjoni.

Restrizzjonijiet addizzjonali għal Jum l-ANZAC

Flimkien mal-provizjonijiet imsemmija hawn fuq, f’Jum l-ANZAC (Il-25 ta’ April), dawn in-negozji li ġejjin ma jistgħux jiftħu qabel is-1:00 pm f’jum l-ANZAC:

  • ċinema (kemm ġewwa jew fuq barra)
  • divertiment ieħor, inkluż imma mhux limitata għaż-żfin ‘live’ jew avveninment muzikali, kunċert jew xi dramm
  • Irkanti ta’ ‘real estate’

Fabbriki u mħażen tal-merċa f’ Jum l-ANZAC

Għal negozji li huma fabbriki jew imħażen tal-merċa jew kwalunkwe post fejn isiru proċessi ta’ manifattura, dawn in-negozji għandhom ikunu magħluqa tul Jum l-ANZAC kollu, suġġetti għal kriterja preskritta fl-Att tal-ANZAC Day.

Għal aktar informazzjoni dwar il-ftuħ u l-operat f’Jum l-ANZAC, jekk jogħġbok irreferi għall-Att tal-ANZAC Day.

Niżżel il-Victorian public holidays dates (iCAL) għall-użu fil-kalendarju tiegħek.

Tista’ takkwista lista sħiħa tal-vaganzi pubbliċi kollha ta’ Victoria billi tuża l-buttuna Print fuq il-‘browser’ tiegħek.

Ipprintja dil-paġna