Skip to content


Vaganzi Pubbliċi

Listi tad-dati tal-vaganzi pubbliċi ta’ għas-sena 2016.

  • L-2016 Vaganzi Pubbliċi fl-Istat ta’ Victoria
Vaganza 2016
L-Ewwel Ġurnata tas-Sena Il-Ġimgħa 1 ta’ Jannar
Jum l-Awstralja /Australia Day It-Tlieta 26 ta’ Jannar
Labour Day It-Tnejn 14 ta’ Marzu
Il-Gimgħa l-Kbira Il-Ġimgħa 25 ta’ Marzu
Is-Sibt qabel Ħadd il-Għid Is-Sibt 26 ta’ Marzu
Ħadd il-Għid Il-Ħadd 27 ta’ Marzu
It-Tnejn l-Għada tal-Għid It-Tnejn 28 ta’ Marzu
Il-Ġurnata tal-ANZAC It-Tnejn 25 t’April
Għeluq Snin ir-Reġina It-Tnejn 13 ta’ Ġunju
Il-Ġimgħa qabel il-Gran Finali tal-Lig tal-Futbol Awstraljan (AFL) Il-Ġimgħa 30 ta’ Settembru
Il-Ġurnata tal-Melbourne Cup* It-Tlieta 1 ta’ Novembru
Jum il-Milied It-Tlieta 27 ta’ Diċembru
(Sostitut għall-Ħadd 25 ta’ Diċembru)
l-Għada tal-Milied It-Tnejn 26 ta’ Diċembru

* Fil-Victoria kollha għajr meta tkun organizzata vaganza lokali alternattiva mill-Kunsill mhux metropolitan.

Nota: Id-dati tal-vaganzi pubbliċi huma kollha eżatti fil-ħin tal-pubblikazzjoni, imma jistgħu jiġu mibdula.

Ġranet ta’ kummerċ ristrett

Il-liġi ta’ Victoria tispeċifika li hemm żewġ ġranet u nofs ta’ kummerċ ristrett kull sena:

  •     Il-Ġimgħa l-Kbira
  • Jum il-Milied
  • Bejn 12.01 am u 1pm f’Jum l-ANZAC.

F’dawn il-ġranet partikulari, il-ħwienet eżentati biss jistgħu jiftħu.

X’inhuma l-ħwienet eżentati?

Ħwienet eżentati huma negozji li jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

  • għandhom 20 jew inqas persuna jaħdmu fil-ħanut f’kwalunkwe ħin matul il-ġurnata tan-negozju ristrett; u
  • in-numru ta’ persuni impjegati minn negozju u entitajiet relattati hu ta’ mhux inqas minn 100 f’kwalunkwe ħin matul is-sebat ijiem immedjatament qabel il-ġurnata tan-negozju ristrett.

Eżenzjonijiet għal ġranet tan-negozju ristrett

Ċerti tipi ta’ negozji huma eżentati minn kwalunkwe ġranet ta’ negozju ristrett. Dawn in-negozji jistgħu jiftħu meta jridu matul is-sena. It-tipi ta’ negozji li huma eżentati huma:

  • spiżeriji
  • negozji li jbigħu l-petrol
  • restoranti
  • ħwienet tal-kafe
  • ħwienet tat-takeaway
  • provvedituri ta’servizzi
  • negozji li jikru (inklużi ħwienet tal-vidjo)

Servizz tat-Traduzzjoni u tal-Interpretar jew Link tal-Lingwa tal-VITS 132215